Servizzi
Servizzi offruti mill-Kunsill ghar-residenti:
Ix-xoghlijiet tal-Kunsill Lokali Naxxar huma varji u, meta wiehed iqis li kulma ilhom fis-sehh il-Kunsilli Lokali huma biss ftit snin, dawn huma pjuttost numeruzi.
Dawn il-funzjonijiet jinkludu:
Il-Kunsill Lokali Naxxar jiehu hsieb ukoll l-aspett socjali, kulturali, sportivi u edukattiv tar-residenti tal-lokalita` tieghu. Fost ohrajn, ghaldaqstant jiehu hsieb jorganizza:
Servizz iehor ghar-residenti offrut mill-Kunsill Lokali Naxxar huwa dak offrut mill-ufficini tal-Kunsill, bhalma huma:
Il-fatt li dawn il-hlasijiet kollha jistghu isiru fl-ufficcju tal-Kunsill Lokali jiffrankaw hafna giri zejjed f'ufficini u dipartimenti tal-Gvern.
Zgur li s-servizz ta' trasport pubbliku cirkulari madwar il-lokalita` kollha hija xi haga unika ma' Malta kollha u gest apprezzat minn dawk kollha li juzawh, b'mod specjali dawk ir-residenti li juzawh frekwentament ghaliex joqghodu 'l boghod mic-centru tan-Naxxar. Ta' min isemmi li dan is-servizz, li ilu jopera mill-1995, huwa offrut mill-Kunsill Lokali Naxxar minghajr hlas u jservi bhala link diretta bejn il-periferiji u c-centru tan-Naxxar. Fis-Sajf, kull nhar ta' Sibt, ikun hemm estensjoni tas-servizz lejn l-Ghadira u lura lejn in-Naxxar.
Il-Kunsill Lokali Naxxar jemmen hafna fil-bzonn li jzomm kuntatt dirett mar-residenti ghaliex b'dan il-mod wiehed jista' dejjem izomm aggornat dwar x'qed jigri fil-lokalita`kollha u xi jkunu l-bzonnijiet u r-rikjesti tar-residenti. Ghaldaqstant, barra li l-ufficcju jkun miftuh kuljum sabiex jilqa' l-ilmenti u s-suggerimenti tar-residenti, illum il-gurnata huwa wkoll mghammar b'sistema kompjuterizzata biex dawn l-ilmenti jigu solvuti b'aktar efficenza.
Bla dubbju ta' xejn, jinzamm kuntatt regolari mar-residenti ukoll permezz ta' gazzetti, flyers u cirkulari biex, kemm jista' jkun kull ahbar u aggornament jasal fir-residenza tan-nies tal-lokal fl-inqas zmien possibli.
Kuntatt dirett jinzamm ta' kull sena bejn Frar u Marzu, fejn ir-residenti kollha tan-Naxxar jigu mistiedna ghal-Laqgha Annwali tal-lokalita fejn kull persuna tista' tghaddi lmenti, suggerimenti u opinjonijiet direttament lill-membri tal-Kunsill.
Dawk il-bzonnijiet u problemi li mhumiex responsabiltajiet diretti tal-Kunsill ma jintesewx minn dan il-Kunsill, izda fejn hu possibli, jintbaghtu ittri f'isem ir-residenti u jsiru laqghat ma' Ministri u Diretturi ta' Dipartimenti diversi.
L-aktar servizz ricenti li nholoq huwa dak ta' l-infurzar tal-ligi permezz tal-Gwardjani Lokali, fejn il-Kunsill jikri numru ta' sieghat ta' servizz tal-Gwardjani b'rotot imhejjija mill-istess Kunsill.

|